Barranin
Klabb tal-futbol jitlob apoloġija talli poġġa pupi tas-sess fl-istands waqt partita

Klabb tal-futbol tal-Korea ta’ Isfel talab apoloġija wara li l-partitarji akkużawhom li qed jużaw pupi tas-sess fl-istands waqt partita futbol.

FC Seoul insista li l-pupi huma manikini tal-ogħla kwalità u mhux pupi tas-sess, iżda ammetta li xtrahom mingħand min jissupplixxi ġugarelli tas-sess.

Xi pupi li tpoġġew fl-istands kienu qed iżommu tabelli li jirreklamaw siti pornografiċi minkejja li l-pronografija hija projbita fil-Korea ta’ Isfel.

Ilbieraħ FC Seoul lagħab l-ewwel logħba tal-istaġun. Il-grawnd kien vojt minħabba r-restrizzjonijiet biex inaqqsu l-impatt tal-Covid-19.

Qabel bdiet il-partita, kumpanija, Dalcom, offriet li timla’ s-siġġijiet vojta u l-klabb m’oġġezzjonax.

B’kollox kien hemm 30 manikin – 25 femminili u ħamsa maskili.

Madankollu, l-partitarji li kienu qed isegwu l-partita fuq l-internet, innotaw li xi wħud mill-manikini kienu jidhru aktar qishom pupi tas-sess u dan wassal lill-klabb tal-futbol sabiex jitlob apoloġija fuq Instagram u Facebook.

Uffiċjal tal-klabb, Lee Ji-hoon stqarr li l-klabb ma ċċekjax x’kumpanija hi Dalcom iżda qal li l-kumpanija nsistiet li l-pupi huma manikini tal-ogħla kwalità. Lee qal li l-pupi dehru realistiċi u li lanqas għaddielu minn moħħu li setgħu kienu ġugarelli tas-sess.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Riċerkaturi Ingliżi għaddejjin b’ħidma intensiva fejn qed janalizzaw eluf ta’ pazjenti morda bil-Covid-19 biex jippruvaw isolvu l-misteru ta’ din il-marda; l-għaliex għal xi wħud hija fatali mentri oħrajn kulma jaqbadhom…

Barranin

Il-Gwardja Nazzjonali fl-Istati Uniti ntbagħtet f’Minneapolis wara jumejn ta’ ġlied qalil minħabba l-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena. Huwa nqatel minn pulizija li fgah b’għarkupptejh waqt li kien qed…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson ħabbar li minn nhar it-Tnejn, l-għadd ta’ persuni li jistgħu jiltaqgħu barra tela’ għal sitta, b’dawk li mhumiex mill-istess residenza iridu joqgħodu żewġ metri…

Barranin

Il-belt ta’ Minneapolis, fl-Istati Uniti, daħlet fit-tieni jum ta’ protesti u kaos, li anki wasslu għal fatalità. Il-protesti bdew wara li pulizija ġie ffilmjat iżomm irkupptejh fuq għonq raġel li…

Aktar