Politika
F’din l-emerġenza medika nużaw ir-riżorsi kollha flimkien u ngħelbu l-isfidi – il-Kap tal-PN

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa li l-pajjiż iddikajra emerġenza medika huwa importanti li flimkien nużaw ir-riżorsi kollha biex tintrebaħ din l-emerġenza ħalli jingħelbu l-isfidi ta’ issa u tal-ġejjieni. Huwa qal li l-grupp parlamentari Nazzjonalista li ġie assenjat responsabbiltajiet ġodda huwa iffukat fuq il-prijoritajiet u t-tiġdid li jrid isir anke wara li tgħaddi l-pandemija.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa huwa l-waqt biex il-pajjiż jipprepara għal meta tintemm il-kriżi li kkawża l-coronavirus. Dr Delia tkellem dwar il-qasam ekonomiku, id-demokrazija, it-tibdil fil-klima u anke t-turizmu u qal li għandhom jintużaw metodi ġodda biex il-pajjiż ikun lest biex meta joħroġ mill-kriżi tal-covid 19 ikun fuq quddiemnett fis-swieq internazzjonali.

F”messaġġ fuq Net TV, Dr Delia qal li n-negozji għandhom jingħataw l-għajnuna meħtieġa u ħadd ma għandu jitħalla jgħereq. Stqarr li dawn mhux qed jingħataw il-konfort mill-Gvern u appella biex is-setturi differenti tan-negozji għandhom jingħataw l-attenzjoni partikolari u jinstemgħu fid-diffikultajiet tagħhom.

Il-Kap Nazzjonalista tenna li kieku l-Gvern waqqaf il-kuntratt tal-Vitals tliet snin ilu kien ikollu flus biżżejjed biex mhux biss jgħin lis-60,000 ħaddiem iżda anke lil aktar minn 100,000 ħaddiem ieħor li ntlaqtu f’din l-kriżi. Dr Delia qal li hemm bżonn ta’ tiġdid u trasformazzjoni tad-dinja tax-xogħol fil-futur immedjat bl-użu tat-tekonoloġija.

Tkellem dwar il-kriżi li għaddej minnha l-qasam turistiku u sostna li hemm bżonn pjan li jpoġġi lil Malta minn ta’ quddiemnett fuq livell internazzjonali. Żied jgħid li l-bidliet li għamel fil-grupp Parlamentari huma maħsuba biex il-pajjiż ikun lest għall-futur.

Dwar il-faqar u d-diffikutaljiet li jġib miegħu fosthom rata ogħla ta’ dippressjoni, Dr Delia appella għas-solidarjetà, biex kulħadd jieħu ħsieb ħaddiehor. Saħaq li s-soċjetà għandha tkun ibbażata fuq il-valuri, il-familja u s-solidarjetà fejn il-bniedem ikun fiċ-ċentru tal-politika u jkollu l-possibiltà li jgħix f’ambjent nadif. Il-Kap Nazzjonalista qal li għalhekk saret reshuffle fil-partit nazzjonalista biex is-setturi kollha jingħataw attenzjoni sħiħa.

Dwar l-imxija tal-coronavirus , Dr Delia appella biex kulħadd jisma’ mill-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa għax sostna li l-aqwa għodda kontra dan il-virus hija informazzjoni korretta.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

Aktar