Politika
Dr Fearne u Dr Abela jitkellmu dwar bidliet li jixtiequ jagħmlu jekk ikunu fit-tmexxija

Ikomplu jterrqu fil-lokalitajiet u anke fuq il-mezzi tal-media biex jirbħu l-qlub u l-vot tal-attivisti Laburisti li fil-11 ta’ Jannar iridu jgħażlu bejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Robert Abela biex imexxu l-Partit Laburista u l-Gvern.

F’appuntament ieħor fuq TVM fil-programm Xtra, Dr Fearne qal fost oħrajn li la darba l-programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment jilħaq il-kwota stabbilita, mhux se jiġġedded jekk ma jkollux is-serħan il-moħħ li dan ma jagħmilx ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta.

“Jien qed nissottometti li meta tiġi eżawrita l-iskema ma nagħmlux oħra sakemm ma issirx analiżi stretta tal-iskema preżenti u sakemm isiru diskussjonijiet mal-practitioners, mas-soċjetà ċivili, mal-oppożizzjoni, mal-moneyval, mal-Kunsill tal-Ewropa, mal-Parlament Ewropew, u mal-Kummissjoni Ewropea sakemm insibu soluzzjoni tajba għal Malta u tagħmilx ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.”

Dr Robert Abela indika li jekk ikun fdat fit-tmexxija, huwa se jagħti impenn personali u iżomm taħt għajnejh il-Ministeru tal-Intern u r-responsabilità għall-Pulizija.

“Il-Ministeru li għandu bżonn focus partikolari huwa tal-intern anke jekk sar ħafna xogħol tajjeb. Jien jekk inkun elett kap tal-partit u Prim Ministru se nżomm sorveljanza u nerfa ir-responsabilità.”

Fl-intervista ma’ Savior Balzan f’Xtra ħareġ fost oħrajn li ż-żewġ kandidati għandhom opinjoni differenti dwar id-daqs tal-kabinett. Dr Abela qal li jemmen li l-kabinett jibqa’ l-istess jew jiċkien filwaqt li Dr Fearne qal li jemmen li l-pajjiż għandu l-aqwa kabinett, u jista’ saħansitra jikber u jkollu aktar nies validi fih. Iż-żewġ kandidati tkellmu ukoll dwar ir-riformi istituzzjonali li jridu jwettqu jekk ikunu fdati bit-tmexxija.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 33 sena ġarrab ġrieħi serji meta ntlaqat minn karozza waqt li kien qed jaqsam triq fil-Ħamrun. L-inċident seħħ ilbieraħ fis-sitta ta’ filgħaxija fi triq Joe Sciberras il-Ħamrun meta…

Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Aktar