
Lokali
Fearne jħabbar masġar ta’ tifkira għall-vittmi tal-COVID-19
Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern għandu pjan biex joħloq masġar ta’ tifkira għall-vittmi tal-COVID-19 f’Malta.
Il-Ministru ħabbar dan f’għeluq sena mill-ewwel mewt ta’ persuna li mietet bil-coronavirus fil-gżejjer Maltin.
L-għadd ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 f’Malta s’issa jammonta għal 400 ruħ.
Fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja tal-vittmi tal-Covid-19 Malta u Għawdex.