Sorpriża sabiħa għal Federica

Sorpriża sabiħa għall-Federica Falzon li se tibbenefika minn għajnuna finanzjarja mill-gvern biex issostni l-aħħar tappa tal-vjaġġ mużikali tagħha waqt il-finali ta’ Ti Lascio Una Canzone, is-Sibt li ġej.

Federica u Vincenzo Carni se jikkompetu ma’ 11-il finalist fi programm li hu stmat li għandu udjenzi li jisbqu l-25 miljun ruħ.

Federica Falzon u s-suċċess tagħha f’Ti Lascio Una Canzone fuq l-istazzjon Rai Uno ma rebħuhiex biss l-ammirazjoni u s-simpatija ta’ aktar minn 24 miljun telespettatur Taljan u Malti.

Il-Ministeru tal-Kultura kkonferma li se joffri appoġġ finanzjarju lill-kantanta u lill-qraba tagħha minħabba li fi kliem il-Ministru Owen Bonnici t-talenti eċċezzjonali li wassluha biex tirbaħ post fil-finali tal-kompetizzjoni ma’ Vincenzo Carni jimmeritaw l-għajnuna tal-gvern. Evidenti s-sodisfazzjon fuq uċuħ il-ġenituri tagħha wara li kienu esprimew pubblikament kemm kienu kburin bil-kisbiet ta’ Federica iżda kienu qed iħossu ħafna l-piż finanzjarju ta’ dan is-suċċess.

Ftit sigħat biss qabel ma tivvjaġġa lejn l-Italja għall-finali mal-kantant Vincenzo Carni, Federica tinsab kalma. Ma’ tvm.com.mt tgħd li se tkun qed tkanta “un amore cosi grande” u il mara calmo della sera.

Federica li għad għandha 11- il sena baqgħet umli minkejja s-suċċessi kbar tagħha li xorta baqgħu ma telfuhiex mill-istudju mnħabba li kisbet riżultati tajbin fl-eżamijiet. B’daħqha fuq fommha semmiet kif l-esperjenza tagħha fl-Italja m’hijiex waħda mużikali iżda anki edukattiva għax qed titgħallem it-Taljan. Qalet li qegħdin jagħrfuha mhux biss f’Malta iżda anki fl-Italja fejn kull fejn tmur qegħdin ituha ħafna kumplimenti. Federika u Vincenzo rebħu ħames programmi; f’wieħed minnhom kisbu 74 fil-mija tal-voti tat-televoting.

Għalissa ovvjament il-ħolma tagħha hi li tirbaħ dan il-programm. Għall-wara, l-uniku xewqa li għandha hi li jkollha l-opportunita li tkanta mal-idolu etern tagħha Joseph Calleja.

Federica u Vincenzo possibbilment se jkollhom ukoll l-opportunita li jieħdu sehem fi programm speċjali wara l-finali meta r-rebbieħa kollha tal-edizzjonijiet kollha ta’ Ti Lascio Una Canzone tal-aħħar seba’ snin jikkompetu bejniethom għat-tazza tar-rebbieħa.

 

Aħbarijiet Oħra
Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Annimali

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra. Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti…

Aktar