Reazzjonijiet mħallta għall-proposta dwar il-fedina penali

Il-proposta tal-Imħallef Michael Mallia għal diskussjoni jekk wasalx iż-żmien li l-ġurati jingħataw il-fedina penali tal-akkużat biex ikunu jafu x’tip ta’ persuna għandhom quddiemhom qajmet diskussjoni fil-kamp legali.

L-Imħallef Mallia stqarr li jinnota b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tad-disclosure li tgħin ħafna lill-akkużat fid-difiża tiegħu flimkien mad-dritt mogħti lil kull arrestat li jekk irid, ikun assistit minn avukat.

Madankollu żied jgħid li dawn id-drittijiet iġibu magħhom ukoll obbligi li tajjeb ikunu bbilancjati mal-fakultà li ġurija tkun taf il-passat tal-persuna li tkun se tiġġudika.

Din il-proposta saret fis-sentenza li fiha l-Imħallef Mallia kkundanna lil Pasqualino Cefai ta 38 sena seba’ snin ħabs, wara li l-ġurati ma sabuhx ħati ta’ attentat ta’ qtil, iżda ħati ta’ feriment gravi fuq Joseph Portelli, billi tah 14-il daqqa ta mus fil-bini tal-Qorti t’Għawdex.

F’kummenti lil tvm.com.mt, il-Ministru tal-Gustizzja, Owen Bonnici qal li din il-proposta se jiddiskutiha mal-imsiehba kollha, fosthom mal-kamra tal-avukati, ħalli imbagħad l-gvern jiddeċiedi.

Dr Bonnici fisser bħala xi ħaġa pożittiva li l-ġudikatura toħroġ bi proposti u qal li l-gvern jixtieq jara aktar minnhom biex il-pajjiż immur għal sistema aħjar. Qal li l-Imħallef sejjaħ għal bilanċ tad-drittijiet il-ġodda billi jingħataw drittijiet ġodda lill-prosekuzzjoni u fakkar li f’dan il-punt jorbot mad-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza.

L-Avukat fil-kriminal, Dr Stephen Tonna Lowell, ma jaqbilx mal-proposta tal-Imħallef Mallia għax qal li l-ġurati m’għandhomx taħriġ legali u m’għandhomx jingħataw preċedent tal-akkużat.

Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Mallia rrefera għall-fedina penali ta’ Pasqualino Cefai, u jgħid li dan beda jikser difrejh mal-liġi meta kellu biss 16-il sena u b’mod regolari, kull sentejn kien qed jitressaq il-Qorti u jinstab ħati ta’ reati serji.

Fl-aħħar 14-il sena, jgħid l-Imħallef, Cefai infexx f’ħajja sistematika ta’ agressjoni u vjolenza kontra persuni u propjetà u saħansitra ddeskrivih bħala persuna li “itterroriżża lil Għawdex”.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar