Għawdex
Fejn jinsab “il-ġnien tal-baħar”?

“In-nannu dejjem kien jgħidli li l-baħar tad-Dwejra hu l-isbaħ baħar li hawn fil-Mediterran u llum dan nista’ nikkonfermah”

Annie Formosa hi l-kuratriċi ta’ ċentru ta’ edukazzjoni ambjentali dwar il-baħar li hemm fil-bidu tan-niżla li tieħdok għall-bajja tad-Dwejra. Ilu miftuħ seba snin u joffri alternattiva tajba għal dawk li ma jinżlux jogħdsu biex ikollhom esperjenza ta’ dak li hemm fil-baħar.

“Jgħallimna kif għandna nkunu konxji u kemm għandna nieħdu ħsieb u nibżgħu għall-ambjent ta’ madwarna speċjalment il-baħar. Il-baħar li aħna rridu ngħixu minnu, l-arja tajba li jagħtina.”

Iċ-ċentru kien parti mill-proġett Panacea li bih il-Professur Alan Deidun u t-tim tiegħu, inkluż il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz, riedu li jkabbar l-għarfien dwar is-sbuħija tal-pajsaġġ ta’ taħt il-baħar fiż-żoni marittimi, li huwa l-ambjent għal ħafna speċi ta’ ħut u ħlejjaq oħra.

Parti mill-proġett kienu tliet dokumentarji dwar iż-żoni marittimi, fosthom wieħed dwar id-Dwejra li jintwera lill-viżitaturi f’dan iċ-ċentru. Il-viżitatur jista’ jara l-ispeċi li jgħixu fil-baħar tad-Dwejra, mudelli tri-diminesjonali ta’ ħut bħax-xilpa, il-qroll u l-isponoż u stilel tal-baħar fost oħrajn.

Is-Sindku ta’ San Lawrenz, Noel Formosa, qal li b’dan iċ-ċentru l-Kunsill Lokali beda jimla vojt ta’ nuqqas ta’ informazzjoni dwar waħda miż-żoni marittimi protetti tal-gżejjer Maltin. Qal li ċ-ċentru jgħin lill-viżitaturi jħarsu lejn id-Dwejra b’mod ħolistiku.

“Hemm min jaħseb li meta waqgħet tieqa tad-dwejra, id-dwejra spiċċat. Żball hu li aħna m’aħniex napprezzaw biżżejjed l-importanza tad-dwejra. Esperti jgħidulek li t-tieqa tad-dwejra kienet sabiħa estetikament, u kienet tagħti mportanza lid-dwejra b’mod estetiku. Però meta nidħlu fid-dettal ta’ kull kantuniera li wieħed isib fil-bajja tad-Dwejra jifhem kemm id-dwejra hi post uniku, kemm mill-aspett ta’ flora u fauna, kemm mill-aspett ta’ baħar, mill-aspett ta’ qiegħ il-baħar, kemm mill-aspett ta’ geoloġija “.

F’għeluq it-tliet snin mindu ġġarrfet it-Tieqa tad-Dwejra, nhar il-Ħadd 8 ta’ Marzu, i l-Ministeru għal Għawdex qed jagħmel stedina lill-pubbliku biex japprezza l-ġmiel ta’ dawn l-inħawi b’ġurnata sħiħa ta’ attivitajiet imsejħa “Dwejra Looking Beyond”.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Koppja Maltija li tinsab abbord cruise fil-Mediterran għamlet appell imqanqal lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjoni li ma titħalliex tinżel Malta. Marthese Bonello u Joseph Mercieca kitbu ittra pubblika…

Qorti

Tneħħew l-ispejjeż tal-qorti għal persuni li fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tax-xogħol jitolbu li jinfetaħ ir-reġistru tal-qorti biex jippreżentaw rikorsi urġenti fir-reġistru tal-Qorti. Dan sar b’avviż legali minħabba li r-reġistru tal-qorti…

COVID-19

Ma nstab ħadd jikser il-kwarantina obbligatorja waqt l-425 spezzjoni li saru fl-aħħar sigħat madwar Malta u Għawdex, bl-appell jittenna biex kulħadd jibqa’ responsabbli u jikkopera mad-direttivi li jingħataw mill-awtoritajiet. Madanakollu 4…

Lokali

Wara riformi li saru inkluż tisħiħ tar-riżorsi umani fil-FIAU skont ir-rakkomandazzjonijiet, tal-Money u tal-Awtorità Bankarja Ewropea l-Aġenzija li tgħasses fuq il-ħasil tal-flus, kellha żieda qawwija f’rapporti dwar transazzjonijiet finanzjarji suspettużi….

Aktar