Partit Laburista
“Fejn nista’ nsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż insibha” -PM

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat tkellem dwar il-pożizzjoni li tieħu Malta quddiem l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari u ddikjara li fejn jista’ jsib soluzzjoni għall-ġid tal-pajjiż isibha. F’intervista fuq One Radio qal li Malta dejjem tonora l-obbligi internazzjonali filwaqt li tħares l-interess nazzjonali tagħha u d-dinjità umana. Tkellem ukoll dwar is-settur finanzjarju u qal li s-sena l-oħra nħolqu elf post tax-xogħol ġdid.

F’intervista rrekordjata fuq One Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li minkejja l-assalt li ppruvaw jagħmlu xi wħud fuq is-settur tas-servizzi finanzjarji, dan irreġistra tkabbir ta’ 10%. Qal li f’dan is-settur illum il-ġurnata hemm jaħdmu 12,000 persuna u s-sena li għaddiet biss inħolqu elf post tax-xogħol ġdid. Faħħar ukoll il-ħidma li qed tagħmel l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA biex tkompli tirregola l-qasam.

Il-Prim Ministru Muscat tkellem ukoll dwar il-liġi tal-kera. Qal li din kienet frott ta’ konsultazzjoni wiesa’. Żied jgħid li saru għexieren ta’ laqgħat u anke kien osservat x’qed jiġri f’pajjiżi oħra filwaqt li fakkar li din il-liġi għaddiet mill-parlament bi qbil mal-Oppożizzjoni. Dawk li mhumiex kuntenti b’din ir-riforma fil-qasam tal-kera, qal Dr Muscat jafu li din hija ġusta minkejja li l-Gvern ser jibqa’ jsegwi biex jara kif ser jirreaġixxi s-suq. Il-Prim Ministru qal li din ir-riforma hija parti minn strateġija wiesa’ għall-qasam tal-housing u l-proprjetà.

Dr Muscat tkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni fejn spjega li minkejja l-kritika huwa mhux ser iħalli lil ħadd imut fuq il-baħar għax Malta qed tieħu pożizzjoni sensibbli kemm għar-reputazzjoni tal-pajjiż kif ukoll biex tkun salvata l-ħajja ta’ dawn il-persuni. Dr Muscat qal li qed issir ħidma kontinwa mal-awtoritajiet Libjani biex dgħajjes li jitilqu mil-Libja jkunu interċettati u jittieħdu lura. Spjega wkoll li anke mal-Italja Malta trid li jkollha relazzjonijiet tajbin u qed jinstabu s-soluzzjonijiet li juru li l-Gvern Malti għandu rieda tajba biex jissolvew il-kriżijiet. Semma’ d-diversi sitwazzjoni li seħħew dan l-aħħar fosthom is-sittin immigrat li ma kinux fir-responsabiltà ta’ Malta fejn sar ftehim mal-Gvern Ġermaniż biex jittieħdu mill-Ġermanja. Il-Prim Ministru spjega li bħala ġest ta’ rieda tajba u bħala rikonoxximent dwar kif qed jaħdem il-Gvern Malti f’dan il-qasam il-Ġermanja anke ser tieħu 30 immigrant li ddaħħlu Malta fi grupp akbar li kien taħt ir-responsabiltà ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar