Kurżitajiet
Fejn qed jinbiegħu djar b’€1 biss? Titħajjar?

Jekk tixtieq dar għall-villaġġjatura, b’veduti tal-kampanja u l-baħar, m’hemmx għalfejn tmur ‘l bogħod ħafna minn Malta.

Il-belt ta’ Sambuca fi Sqallija qed toffri din l-opportunità unika f’tentattiv biex tagħti l-ħajja lil dan il-post li maż-żmien tilef lir-residenti għal bliet ikbar fl-Italja.  Din mhix l-ewwel belt li qed tħajjar lill-barranin imorru joqogħdu fiha biex tiżdied il-popolazzjoni, iżda l-mod kif qed tattira lin-nies lejha huwa pjuttost uniku.

Skond il-Viċi Sindku ta’ Sambuca Giuseppe Cacioppo, il-Kunsill Lokali qed ibiegħ id-djar kollha għall-prezz ta’ €1 u dan isir mingħajr telf ta’ ħin jew burokrazija.  Meta jsir il-bejgħ tad-dar, is-sidien il-ġodda qed jintrabtu li jirranġaw id-dar fi żmien tliet snin għall-prezz ta’ madwar €15,000, filwaqt li jridu wkoll iħallu depożitu ta’ €5,000 ladarba d-dar tiġi rranġata u abitabbli.

Sambuca hija magħrufa bħala l-Belt tas-Sbuħija.  Tinsab f’riserva naturali u mogħnija bl-istorja.  Imdawra bil-bajjiet, il-boskijiet u l-muntanji.  Hemm it-trankwillità u l-paċi u hija ideali fejn tirtira għal ftit jiem mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum.

Il-Kunsill qed jibża’ li jekk il-popolazzjoni tkompli titnaqqar, il-belt se tiġġarraf u jintilef il-patrimonju Għarbi tagħha.  Imwaqqfa mill-Griegi, Sambuca kienet inħakmet mis-Saraċini li biddluha f’ċentru għall-kummerċ.  Meta jkun bnazzi, wieħed jista’ jilmaħ il-vulkan Etna, kif ukoll il-gżira ta’ Pantellerija.

Il-kultivazzjoni tal-għenba Nero d’Avola hija vasta fl-inħawi ta’ din il-belt, filwaqt li riċentament bdew ukoll jitkabbru l-Merlot, Syrah u Chardonnay biex jingħasru fl-iprem inbejjed u jiġu esportati madwar id-dinja.  Hija wkoll il-belt tal-ikel bi storja għall-produzzjoni tal-qamħ u prodotti li jsiru minnu, bħall-ħobż u l-għaġin.

Sambuca ġiet innominata bħala waħda mill-isbaħ bliet fl-Italja fl-2016 u hemm ippjanat li tkompli tiftaħ għat-turiżmu u l-kummerċ b’lukandi biex jgħinu lir-residenti ġodda jduqu ftit mis-sbuħija tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Aktar