Safar
Fejn tista’ ssiefer għal sena mimlija fortuna fl-2019?

Hawn diversi modi kif wieħed jipprova jara li jkun fortunat matul l-2019 – min imiss il-ħadid, min jakkwista xi domna, oħrajn jaraw l-oroskopju.

Hawn min sempliċiment billi jitfa’ munita f’xi funtana jaħseb li se jkollu l-fortuna, bħalma jagħmlu t-turisti li jżuru l-Funtana tat-Tritoni fid-daħla tal-Belt Valletta.

U jidher li eluf jagħmlu l-istess ħaġa f’Ruma, il-belt kapitali Taljana, hekk kif wieħed mill-iktar postijiet famużi fid-dinja għall-fortuna hija La Fontana Di Trevi.

Min iħobb isiefer għandu tendenza li jżur postijiet li jġibulu l-fortuna, u jekk nibqgħu fl-Italja hemm bosta monumenti jew binjiet li jżuruhom eluf ta’ turisti minħabba dan il-fatt tal-fortuna.

Għal min jixtieq il-fortuna fl-imħabba ħafna drabi jmur imiss sider l-istatwa ta’ Giulietta f’Verona (ritratt fuq nett), il-belt sinonima mal-maħbubin minħabba l-istorja ta’ Romeo u Giulietta, fejn hemm id-dar u l-famuża gallarija li minnha Giuletta kienet toħroġ biex tinnamra ma’ Romeo.

Jekk inti iktar avventuruż, biex issib l-imħabba ta’ ħajtek tista’ tittanta xortik u żżur it-Tempju tad-Deheb f’Taipei (it-Tajwan).  Jeżisti ritwal biex iġiblek il-fortuna fl-imħabba – trid tixgħel inċens bi fwejjaħ differenti, toqgħod għarkupptejk quddiem l-istatwi, tixrob it-tè, toffri z-zokkor lill-allat, u teħdilhom borża roża bi statwa żgħira tal-Buddha u żżommha sakemm tiżżewweġ.

Imbagħad hemm ukoll it-Taj Mahal tal-Indja li jagħmel tajjeb għall-imħabba.  Hija struttura meqjusa fost l-isbaħ fid-dinja li nbniet fl-1632 mill-Imperatur Shah Jahan biex ifakkar lill-maħbuba martu Mumtaz Mah – ġest ta’ mħabba bla qies li kull min iżuru għandu ċans isaħħaħ ir-rabta sentimentali mal-maħbub jew maħbuba tiegħu għal dejjem.

Min jixtieq li jkollu t-tfal jista’ jmur Nuremberg fejn hemm funtana gotika tas-seklu 14 m’għola 19-il metru magħrufa bħala Schöner Brunnen.

Skont il-leġġenda jekk toqgħod iddur magħha bejn 3 u 7 darbiet, u tmiss iż-żewġ ċrieket tar-ramm li hemm madwar il-funtana, hemm ċans li jkollok tarbija.

Trid tikseb suċċess fin-negozju?

Mela allura huwa rrakkomandat li żżur il-barri li hemm f’Wall Street, fi New York, u misslu l-partijiet privati tiegħu biex iġibulek ir-risq.

Jew inkella mur f’Kyoto l-Ġappun u żur it-tempju ta’ Fushimi Inari Taisha biex tingħata l-barka, il-prosperità u s-suċċess fin-negozju tiegħek.

Ara wkoll:

Muniti tal-1ċ, 2ċ u 5ċ fit-Tritoni qed itebbgħu l-qiegħ

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar