Kurżitajiet
Fejn tista’ terġa’ tara t-tieni staġun kollu ta’ ‘L-Għarusa’

Għal dawn il-ġranet ta’ festi t-teledramm ‘L-Għarusa’ mhux ser ikun qed jixxandar għal ġimagħtejn. L-istorja tissokta nhar it-Tlieta, 7 ta’ Jannar.

U, sabiex dak li jkun ma jagħmilx daqstant f’qalbu, f’dawn il-ġimagħtejn tista’ terġa’ tara t-tieni staġun mill-bidu sal-aħħar billi żżur dan is-sit: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/l-gharusa-it-tieni-stagun/

Dan l-aċċess jibqa’ miftuħ sa nhar il-Ħadd, 5 ta’ Jannar.