Barranin
Fejn tista’ tmur waqt btala f’Istanbul?

Jekk qed tippjana vaganza xi ftit differenti li fiha tiekol tajjeb u fl-istess ħin titgħallem dwar kultura u storja li tmur lura għal ħafna żmien wieħed jista’ jaħseb li jżur Istanbul.

Postijiet li wieħed jista’ jżur f’Istanbul: 

Hagia Sophia (Aya Sofya)

Waħda mill-aktar binjiet importanti f’Istanbul hija l-bini reliġjuż Hagia Sophia li tmur lura għas-sitt seklu. Imżejjen b’mużajk tad-deheb, il-bini nbena bejn is-snin 532 u 537. Għal elf sena l-bini serva bħala Knisja u bejn l-1453 u l-1935 serva bħala Moskea. Illum il-ġurnata l-bini huwa mużew. Il-binja hija mżewqa b’mużajki Kristjani kif ukoll b’kaligrafija Iżlamika.

Blue Mosque

Il-Blue Mosque nbniet minn Sultan Ahmed 1 bil-ħsieb li tkun isbaħ u aħjar mill-Hagia Sophia. Sa mill-1600, il-Blue Mosque kienet il-post li wieħed żgur m’għandux jitlef li jmur jaraha.

Din il-Moskea għadha tintuża għat-talb u għalhekk jekk wieħed sejjer hemm għandu jilbes ilbies addattat.

Grand Bazaar

Il-Grand Bazaar huwa wieħed mill-akbar swieq fid-dinja. Dan is-suq jinkonsisti f’60 triq u f’aktar minn 5,000 ħanut. Wieħed isib minn restoranti għal ħwienet tal-ħwejjeġ u affarijiet Torok.

Il-Bazaar jinsab ftit ‘il bogħod minn siti turistiċi oħra bħal Blue Mosque, Basilica Cistern u Süleymaniye Mosque.

Minkejja li wieħed jista’ jieħu impressjoni ta’ xi ftit kaos in-nies jieħdu gost jixtru minn hemm anke għall-fatt li wieħed jista’ jinnegozja l-prezzijiet.

Taksim Square

Taksim Square hija zona moderna li tinsab fid-distrett ta’ Beyoglu. Wieħed isib diversi restoranti, bars u ħwienet flimkien ma’ lukandi lussużi. Filwaqt li wieħed jista’ jixtri diversi affarijiet wieħed jista’ jmur jixrob f’bars u anke jgawdi l-veduta unika li taf toffri l-belt ta’ Istanbul. F’nofs il-pjazza wieħed isib il-monument tar-Repubblika li jfakkar il-kisba tal-pajjiż bħala Repubblikan fl-1923. Wieħed jista’ jmur għal Taksim Square kemm bit-tram, metro kif ukoll b’tal-linja. Iż-żona tkun maħnuqa b’ħafna nies hekk kif tista’ tgħid li wieħed jista’ jsib biex jixtri dak kollu li jimmaġina.

Basilica Cistern

Il-Basilica Cistern hija waħda mill-aktar siti storiċi straordinarji li wieħed isib f’Istanbul. Mibni fis-sena 532 dan il-ġibjun tal-ilma taħt l-art, li hu kbir bejn wieħed u ieħor daqs żewġ grawnds tal-futbol, kien jissuplixxi l-ilma lill-Great Palace of Constantinople, palazz kbir li kien iservi bħala residenza għall-imperaturi għal sekli sħaħ. Minkejja li l-Palazz m’għadux jeżisti, iċ-Ċisterna reġgħet ġiet skoperta mill-ġdid fl-1545 u fl-1985 ġiet rinnovata sabiex tilqa’ lill-viżitaturi.

L-aktar attrazzjoni fil-Basilica Cistern hija r-ras tal-Medusa, li tinsab rasha ‘l isfel fuq il-bażi ta’ żewġ kolonni.

Fl-aħħar nett jekk sejjer s’Istanbul żgur mhux se tpaxxi biss l-għajnjek bil-ġmiel ta’ bini li hemm u l-istorja li hemm dan hekk kif wieħed isib ikel bnin li jħallilek togħma tajba f’ħalqek żgur. Kif tkun hemm insa ftit il-junk food u imraħ ftit fil-kċina tagħhom.

L-aktar ħaġa popolari li ssib fit-Turkija hija t-te fejn jiġi servut f’tazza tipika tagħhom. Ġeneralment huwa jiġi servut bħala te iswed.

Biex wieħed imur sa Istanbul mhix diffiċli hekk kif il-kumpanija tal-ajru Turkish Airlines toffri maż-żewġ vjaġġi kuljum (wieħed filgħodu u ieħor filgħaxija) – 14-il titjira fil-ġimgħa. Fuq l-ajruplan, il-passiġġiera jingħataw l-ikel u dawk li jsiefru fuq bażi ta’ business class igawdu wkoll minn lounge kbir fl-ajruport li filwaqt li wieħed jista’ jiekol kemm irid, jista’ wkoll igawdi minn diversi attivitajiet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żagħżugħ b’kunjom Malti, Joe Xuereb ta’ 27 sena ġie arrestat wara li allegatament attakka omm u bint b’martell f’Londra, liema attakk qed ikun deskritt bħala wieħed tal-biża’. Iż-żewġ nisa ta’…

Barranin

L-attriċi u direttriċi Taljana Asia Argento kienet waħda minn dawk li akkużat lil Harvey Weinstein li abbużaha. Hija kienet waħda min-nisa prominenti li mexxiet il-moviment #MeToo. Madankollu ftit xhur wara…

Barranin

Grupp ta’ anzjani mill-Korea t’Isfel waslu fil-Korea ta’ Fuq sabiex għall-ewwel darba jiltaqgħu mal-qraba tagħhom wara li kienu nfirdu waqt il-gwerra tal-Korea bejn l-1950 u l-1953. Din il-gwerra devastanti qasmet…

Mużika

Ir-Reverendu Jesse Jackson irrakkonta wieħed mill-aħħar mumenti li għex ma’ Aretha Franklin qabel ma mietet il-Ħamis illi għadda. Waqt servizz fil-knisja fejn għexet f’Detroit, Michigan, ir-Reverendu Jackson jiftakar li kienu…

Aktar