Annimali
Fekruna lura fil-baħar wara li fieqet minn ferita b’sunnara tas-sajd

Fekruna bl-isem ta’ Dodo ġiet rilaxxata dalgħodu f’Għajn Tuffieħa wara li għaddiet minn proċess ta’ rijabilitazzjoni, grazzi għal Nature Trust – FEE Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).

Il-President ta’ Nature Trust Malta, Vince Attard, spjega kif Dodo instabet b’ferita kkawżata minn sunnara tas-sajd u ġiet medikata u riabilitata tul l-aħħar sena. Hu qal kif fil-preżent, numru kbir ta’ sajjieda qed jirrappurtaw għad kbir ta’ fkieren u b’hekk Dodo għandha ċans tajjeb li tingħaqad ma’ fkieren oħrajn fl-ibħra Maltin.

Waqt attività edukattiva mtella’ minn Nature Trust Malta, li kienet tinkludi ukoll beach cleanup mat-tfal u rilaxx ta’ fekruna, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia irringrazzja lill-voluntiera kollha inkluż ir-rangers tal-Park tal-Majjistral kif ukoll lill-ERA għax-xogħol importanti li qed iwettqu favur il-protezzjoni tal-bijodiversità marittima.

Huwa spjega kif bħalissa il-bijodiversità tinsab fil-quċċata tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea u bħalissa waqt il-Presidenza Ġermaniża, u li l-ministeru qed imexxi u jippromwovi numru ta’ inizjattivi favur aktar protezzjoni tal-bijodiversità, fosthom linji gwida ġodda dwar it-tniġġis bid-dawl, u l-kampanja Saving our Blue li hija mmirata sabiex tnaqqas l-iskart fuq il-bajjiet u l-użu ta’ single-use plastics. 

L-ERA hija ngaġġata fi ftehim man-Nature Trust Malta biex tassisti finanzjarjament fis-salvataġġ u r-riabilitazzjoni tal-fawna midruba.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

COVID-19

L-organizzaturi tal-attivitajiet li jinqabdu jiksru r-regoli tal-miżuri mħabbra mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex iwaqqfu l-imxija tal-Covid-19 jistgħu jeħlu multa ta’ €3,000 għal kull miżura li jiksru. Dan tħabbar illum f’avviż legali ppubblikat…

Aktar