Ambjent
320 voluntier jgħassu l-bajd tal-fkieren f’Malta u Għawdex

Fil-ġimgħat li ġejjin, kemm f’Malta u anki f’Għawdex stennija għall-bajd tal-fkieren li jistgħu jfaqqsu mijiet ta’ frieħ. Filwaqt li fl-aħħar ta’ dan ix-xahar hemm stennija għall-frieħ tal-fekruna li biedet fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex, fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd fekruna oħra għamlet il-bejta tagħha fir-ramel fil-bajja tal-Mixquqa magħrufa aħjar bħala Golden Bay. Nature Trust Malta flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent qed jipproteġu l-għenieqed tal-bajd fiż-żewġ bajjiet bl-għajnuna ta’ 320 voluntier.

Għat-tieni darba fl-aħħar ġimgħat, fekruna tal-baħar telgħet tbid fir-ramel fuq xtut Maltin bil-bejta tagħha tingħata l-protezzjoni kollha possibbli sakemm ifaqqas il-bajd anke għaliex il-fkieren tal-baħar igawdu l-protezzjoni minħabba l-importanza tagħhom għall-ħajja marittima.

L-aħħar bejta tal-fekruna saret fil-bajja privata tal-lukanda Golden Sands li bħal bejta oħra li hemm fir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex qed tingħata protezzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi u l-għaqda Nature Trust wara li illokalizzaw il-bejta.

Il-President ta’ Nature Tust, Vince Attard saħaq fuq l-importanza li l-bajd ma jintmessx u ma jkunx disturbat għax inkella ma jfaqqasx. Spjega li l-bajd ta’ fkieren femminli ikunu fin-naħa ta’ fuq, filwaqt li dawk maskili jkunu fil-qiegħ, u bejn wieħed u ieħor ikun hemm madwar bejn 80 u 120 bajda.

“Nitfgħu probes ġor-ramel, data logger magħhom u nieħdu reading tal-umdità u temperatura, inkunu nafu jekk hux irġiel u nisa u jekk it-temperatura nbidlitx”.

L-aħħar darba li biedet fekruna f’Golden Bay kien fl- 2016.Kemm hawnhekk kif ukoll fir-Ramla il-Ħamra, qed ikun hemm mal-320 volontiera f’ħinijiet differenti jindukraw iż-żewġ bejtiet u ma jħallux minn jersaq lejhom. “Jistgħu jiġu ġrieden jieklu l-bajd, tip ta’ granċ li huwa aljen abbundanti li wieħed irid joqgħod attent, rettili u gremxul.”

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi mistennija toħroġ ordni ta’ konservazzjoni biex il-parti tal-bajja tkun protetta anke minn storbju eċċessiv sakemm ifaqqas il-bajd li normalment jiehi madwar sittin ġurnata.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Għal ex drogat ta’ 52 sena, Dar Charles Miceli fil-Mosta mhux biss serviet ta’ rifuġju, iżda sakemm dam fiha biddlitlu ħajtu. Huwa qal li kemm-il darba kien waqa’ fil-vizzju tad-droga,…

Lokali

Waqt li l-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mill-vetturi naqsu waqt il-pandemija, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ħruġ ta’ gassijiet tossiċi mill-vapuri li jbaħħru madwar il-gżejjer Maltin. Minn riċerka xjentifika li għamel il-Professur Ray…

COVID-19

Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li…

COVID-19

B’effett mil-lum ir-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tal-massa ġew estiżi għall-bars, il-klabbs u d-diskoteki. Wara li aktar minn 40 każ attivi tal-COVID-19 f’Malta huma marbuta mal-mekka tad-divertiment f’Paceville, issa permezz tal-Avviż Legali…

Aktar