Lokali
Ferrari tispiċċa f’gandott

Sewwieq jista’ jgħodda b’waħda wara li tilef il-kontroll tal-karozza Ferrari. Huwa kien qed isuq fi Triq Buqana fil-limiti tar-Rabat.

Il-karozza spiċċat nofsha f’gandott, fejn bħalissa qed isiru x-xogħljiet ta’ twessiegħ tat-triq.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.