Barranin
Ferrari tispiċċa fl-ilmijiet ta’ Lago di Garda

Ilbieraħ, karozza lussuża tal-Ferrari spiċċat fl-ilmijiet ta’ Lago di Garda wara li sidha nesa jgħolli l-handbrake.

L-inċident seħħ viċin il-bajja ta’ Brema u b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Il-karozza ttellgħet mill-ilma bl-uffiċjali tal-pulizija jgħidu li s-sewweq jista’ jgħoddha b’waħda l-għaliex fejn seħħ l-inċident l-ilma inzerta baxx.