Reliġjon
Festa ta’ diversità u integrazzjoni fil-Kurja

B’inizjattiva tal-Arċisqof Charles J. Scicluna, bħalissa għaddejja ikla li għaliha l-Arċisqof stieden mitt persuna minn kulturi, lingwi, razez u reliġjonijiet differenti bil-għan li jsiru jafu lil xulxin u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.

Fost dawk preżenti, rappreżentanti tal-Forzi Armati u l-Pulizija.

It-Tlieta filgħaxija l-Kurja baqgħet miftuħa aktar tard mis-soltu biex fil-bitħa nġabru madwar 100 persuna bejn immigranti u refuġjati, rappreżentanti tal-komunitajiet Afrikani, tal-Forzi Armati u l-Pulizija, u żgħażagħ impenjati fil-Knisja għal ċelebrazzjoni ta’ diversità.

Waqt ikla, dawn il-persuni minn pajjiżi u komunitajiet differenti saru jafu aktar lil xulxin u qasmu l-esperjenzi tal-ħajja u x-xogħol tagħhom. Fost dawn immigranti, għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu mal-immigranti, żgħażagħ voluntiera impenjati fil-Knisja, membri fil-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati . . . li lkoll ingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw id-diversità tas-soċjetà Maltija.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li inizjattivi bħal dawn jagħtu xhieda li n-nies b’kulturi u reliġjonijiet differenti jistgħu jgħixu u jitgħallmu mingħand xulxin.

L-ikel u x-xorb preżentat kien maħsub biex jirrispetta r-reliġjon u d-drawwiet ta’ dawk preżenti.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Karmenu Vella rċieva medalja ta’ Ordni ta’ San Charles mill-Prinċep Albert II ta’ Monako. Iċ-ċerimonja saret ilbieraħ mill-Palazz tal-Prinċep. Matul dawn l-aħħar ħames snin, Karmenu Vella ħadem fil-qrib mal-Prinċep f’diversi…

Ekonomija u Finanzi

Fi stqarrija, il-bank HSBC qal li se jkun qed inaqqas l-impjieg ta’ 180 ħaddiem bi skema volontarja ta’ irtirar. Il-bank qal li din l-iskema se tiswa mal- €16 miljun u…

Aktar