Lokali
Festival għall-aħħar tas-sajf organizzat b’risq Dar Bjorn f’Birżebbuġa

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-End of Summer Family Weekend Festival b’risq Dar Bjorn li se jittella’ fl-20, fil-21 u fit-22 ta’ Settembru fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.

Dan il-festival fuq 3 ijiem żgur se jipprovdi gost u spettaklu għall-familja. Se jkun hemm gabbani tal-ikel, żona ta’ logħob għat-tfal, suq artiġjanali u tournament tal-football fuq il-bajja, fost l-oħrajn. Dan l-avveniment hu mżewwaq b’bosta affarijiet u se jkun animat minn artisti lokali bħal Claudia Faniello and Band, Ozzy Lino and Band, Raquel Galdes, Kevin Paul, Kirsten Graham u Matthew James. Se jkun hemm ukoll tribute bands u artisti, fosthom Robbie Williams, Spice Girls, Kylie Minogue, U2, Michael Jackson u Bon Jovi. L-attivitajiet se jibdew mill-5pm ’l quddiem. L-udjenza se tkun tista’ wkoll tibgħat SMS b’donazzjonijiet.

Se jkun hemm ukoll tazzi li jistgħu jerġgħu jintużaw li se jkunu għall-bejgħ għal €2 biss.

Dan l-avveniment hu organizzat min-numru ta’ voluntiera u hu appoġġjat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u mill-Kunsill Malti għall-Arti.

Għal aktar informazzjoni żur https://www.facebook.com/TheEndOfSummerFamilyWeekendFestival/.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar