Lokali
Festival internazzjonali ta’ mużika klassika f’Malta

Varjetà ta’ mużika klassika mifruxa fuq ġimagħtejn imżewqa b’kompetizzjonijiet u workshops. Dan huwa l-qofol ta’ edizzjoni oħra tal-festival internazzjonali tal-mużika li se jsir  f’Malta x-xahar id-dieħel.

Il-festival internazzjonali tal-Mużika se jsir bejn il-15 t’April u l-1 ta’ Mejju u se jkun mifrux bejn is-sala Robert Sammut fil-Furjana, Pjazza San Ġorġ u bl-iktar kunċerti importanti jsiru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Il-festival ġie varat f’Moska, biċ-Chairman ta’ Valletta 18, Jason Micallef jgħid li dan se jimmarka d-dimenzjoni Ewropea u internazzjonali tal-programm għall-Valletta 18 u jifrex il-viżibbiltà ta’ dak li qed jiġri f’Malta lil hinn minn xtutna.

Jason Micallef qal li ”għidna mill-bidu nett li Valletta 18 ma tfissirx li naħdmu insularment, naħdmu lokalment, imma kien kruċjali li niftħu kemm jista’ jkun dak kollu li għaddej fil-Belt b’mod speċjali din is-sena għax nemmen li l-ikbar suċċess tal-2018 m’huwiex fis-sena nfisha imma x’jiġri wara, il-legat”.

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u s-solisti tagħha se jieħdu sehem f’dan il-festival flimkien mal-orkestra sinfonika tal-Armenja u artisti barranin ta’ fama internazzjonali. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Orkestra Sigmund Mifsud qal li l-investiment f’dan il-festival huwa bla paragun ħdejn festivals oħra li jsiru f’Malta.

Sigmund Mifsud qal li ”qed jagħti identità differenti lill-pajjiżna f’dak li jirrigwarda l-mużika klassika. B’festival bħal dan tikber mhux biss l-identità tal-orkestra tagħna, iżda anke l-motivazzjoni tal-mużiċisti u jikber anke l-livell tagħha.”

Il-festival internazzjonali tal-Mużika se jinkludi xejn inqas minn 16-il kunċert ta’ mużika klassika, workshops u kompetizzjoni għall-pjanisti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Plastic Europe, assoċjazzjoni li tiġbor produtturi tal-plastik minn madwar l-Ewropa, iltaqgħet f’Malta biex tiddiskuti mal-esperti u l-politiċi t-triq ‘il quddiem biex l-ibħra ma jibqgħux iservu ta’ miżbla għal eluf ta’…

Lokali

Koppja Maltija li tlett xhur ilu adottat tifel mill-Indja qalet li l-ferħ li tahom dan it-tifel f’ħajjithom huwa indeskrivibbli. Il-Koppja, Ian u Madeleine Sammut Dacoutros għandhom tifel ta’ sena u…

Lokali

Il-Kap Eżekuttiv tal-Wasteserv Tonio Montebello qal li jintremew maż-2 miljun tunnellati ta’ skart li minnhom 333,000 tunnellata jinġabru minn boroz suwed. Huwa qal li nofs dan l-iskart seta’ ġie rriċċiklat….

Lokali

Waqt li komplew l-argumenti favur u kontra l-proposti tal-Gvern għall-emendi fil-liġi tal-IVF, il-Gvern wera qbil mal-President Marie Louise Coleiro Preca li din id-diskussjoni għandha ssir b’mod seren, iżda tenna li…

Aktar