Festival Internazzjonali tal-ikel fl-Imdina

Il-foss tal-Imdina fi tmiem il-ġimgħa se jintrama b’bankarelli tal-ikel differenti għall-festival internazzjonali tal-ikel.

Il-festival huwa ċelebrazzjoni kulinari tal-aqwa kċejjen minn madwar id-dinja.

L-organizzaturi flimkien mal-Kumpaniji Maypole u DB Seabank se jlaqqgħu flimkien 30 platt differenti minn 20 kok professjonali.

L-ikel se jvarja minn dak tradizzjonali Malti għal platti mill-kċina Taljana, Orjentali, Spanjola, Braziljana Griega u Ciniża.

L-organizzaturi qalu li din is-sena se joffru riċetti differenti li jinkludu fost l-oħrajn kif issajjar il-laħam tal-kukkudril.