Kultura
L-ewwel edizzjoni tal-festival tal-Folklor Internazzjonali Malti

Ir-Reġjun tat-Tramuntana, li jiġbor fih 12-il Kunsill Lokali, ta dettalji dwar il-Festival Internazzjonali tal-Folkor Malti. Dan il-festival se jiġi organizzat għall-ewwel darba. Apparti parteċipanti lokali, konfermati seba’ gruppi barranin minn diversi pajjiżi fosthom mill-Afrika.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis filwaqt li awgura suċċess għal din l-attività, qal li bir-riforma li se ssir f’dan il-qasam, ir-reġjuni se jkollhom aktar poteri u riżorsi biex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom aħjar. Fost il-proposti ewlenin fir-riforma tar-reġjuni hemm li l-kuntratt tal-ġbir tal-iskart isir fuq bażi reġjonali u l-kumitati reġjonali jingħataw għajnuna finanzjarja biex iwettqu l-proġetti tagħhom.

Dan il-festival, li se jkun mifrux fuq erbat ijiem, jibda bl-attivitajiet il-Ħamis fis-Swieqi u jagħlaq b’attivitajiet f’Pembroke u l-Imġarr. L-ispettaklu jinkludi mużika, żfin, logħob, banda u anki nar.

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar