
Nhar is-Sibt 30 ta’ Novembru 2019, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bl-għajnuna ta’ Heritage Malta organizzat festival ta’ kitba għall-Brillantini tal-Kitba fil-Mużew Marittimu, il-Birgu. F’dan il-festival ħadu sehem ħamsa u erbgħin tifel u tifla li jattendu l-iskejjel medji tal-istat u tal-Knisja minn Malta u Għawdex.
Il-Brillantini tal-Kitba hija inizjattiva maħsuba għal tfal ta’ tnax-il sena tal-iskejjel medji, li bbrillaw fl-eżamijiet tal-aħħar tas-sena tal-Malti u l-Ingliż. Dawn l-istudenti kellhom l-opportunità jieħdu sehem f’sessjonijiet ta’ kitba kreattiva ma’ awturi prominenti Maltin, ngħidu aħna, Rita Saliba, John A Bonello, Clare Azzopardi, Trevor Zahra, Ivan De Battista, Charles Casha u Carmel G Cauchi, u żewġ awturi magħrufa Ingliżi, Cat Weatherill u Ian Douglas. Kull student u studenta ngħata ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u kotba tal-qari bil-Malti u bl-Ingliż.
Il-Brillantini tal-Kitba hija waħda mill-bosta programmi ta’ kitba għall-gost li jsiru f’postijiet differenti ta’ Malta u Għawdex mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg qal li bħala moviment u Gvern se jdawwar kull sfida f’opportunità, aktar ġustizzja, aktar progress u aktar għaqda għall-familji kollha f’Malta u Għawdex. Fuq…
L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi wissiet lill-membri tagħha u lill-imprendituri biex ikunu kawti u responsabbli f’dawn iż-żminijiet diffiċli. Fi stqarrija, l-MDA qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jirriżenja kienet waħda inevitabbli fl-isfond ta’…
Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ġimgħa, 06 ta’ Diċembru, 2019. Times of Malta Times of Malta jirrapporta li l-allegat moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ilbieraħ…
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…