Lokali
Festival tad-dawl Indjan u 32,000 xemgħa waqt il-Birgu Fest

Il-Ġirbin qed iħejju bis-sħiħ għall-Birgu Fest, bis-Sindku jgħid li din se tkun edizzjoni speċjali għaliex barra l-Birgu fid-dawl tax-xemgħa, il-programm fih laqta internazzjonali saħansitra bid-diwali, il-festival tad-dawl li jsir fl-Indja, u bis-sehem ta’ kantanti u gruppi barranin mill-Italja, il-Portugall u t-Turkija.

Il-Belt tal-Birgu, is-Sibt li ġej se tixħet fuqha dehra romantika u serena b’eluf ta’ xemgħat idawlu t-toroq u t-turġien tal-belt. Fil-Birgu Fest, l-elettriku li jdawwal it-toroq billejl se jċedi postu għad-dawl ta’ aktar minn 32,000 xemgħa. Is-Sindku tal-Birgu John Boxall qal li għadd kbir ta’ voluntiera u residenti qed jagħtu daqqa t’id fit-tħejjija għal din l-attività.

John Boxall  qal li “tieħu gost li tara l-involviment tan-nies u hawn jirrifletti s-saħħa ta’ din l-attività”.

Ftit jiem qabel l-avveniment, l-attività fil-Birgu qed tikkarga ħafna mhedija bit-tħejjijiet li ser ikomplu jagħtu karattru lil din il-belt li kienet id-dar tal-kavalieri qabel inbniet il-Belt Valletta.

Is-sindku Boxall qal li din l-edizzjoni se tkun waħda speċjali għax bi ftehim mal-Fondazzjoni tat-Turiżmu fil-Mediterran se ssir għall-ewwel darba d-diwali – il-festival tal-dwal, li jsir fl-Indja.

Il-Birgu għad-dawl tax-xemgħa hu element wieħed tal-Birgu Fest.

“Se jkollna l-Bruno Santori, li kien maestro ta’ San Remo, se jagħti kunċert bil-pjanu flimkien ma’ Ira Losco ġol-pjazza, jiġifieri dan diġà element b’saħħtu ħafna. Se jkollok elememt Taljan. Se jkollna żeffiena folklor mill-Portugall, se jkollna band ġejja mit-Turkija bis-saħħa tal-memorandum of understanding li għamilna mal-Belt ta’ Bod rum u se jkun hawn delegazzjoni anke mill-Kunsill” qal Boxall.

Is-Sindku tal-Birgu qal li se jsir ukoll l-iffirmar ta’ ftehim ta’ ġemellaġ ma’ Vignanello, fiċ-ċentru tal-Italja.

L-attivitajiet ta’ Birgu Fest jibdew il-Ġimgħa filgħodu bis-sehem tal-istudenti u jintemmu l-Ħadd b’rappreżentazzjoni storika minn żmien il-Kavallieri.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ġuvni ħelisha ħafif wara li l-vann li kien qiegħed isuq dalgħodu baqa’ dieħel ġo ħajt bil-konsegwenza li niżel f’għalqa. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 ta’ dalgħodu fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal…

Lokali

Il-Maġistrat Anthony Vella ġie assenjat mill-Prim Imħallef biex imexxi l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. F’deċiżjoni li tat kmieni dalgħodu, il-Maġistrat Scerri Herrera irrikużat ruħha mill-inkjesta u qalet li l-ġustizzja…

Lokali

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iddeskriva b’mod grafiku dak li ra wara l-isplużjoni li ħalliet lil ommu mejta lbieraħ. Is-Sur Caruana Galizia kien l-ewwel wieħed fuq ix-xena peress…

Lokali

Ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum, it-Tlieta 17 ta’ Ottubru: Il-faċċata ta’ kull ġurnal ippubblikat illum hija ddominata mill-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia lbieraħ wara nofsinhar fi splużjoni qawwija…

Aktar