Kurżitajiet
Fetaħ il-bieb tal-emerġenza flok dak tal-kamra l-baxxa

Passiġġier abbord titjira lejn il-Pakistan ħoloq paniku sħiħ hekk kif flok fetaħ il-bieb tal-kamra l-baxxa, fetaħ dak tal-emerġenza.

B’xorti tajba dan seħħ meta l-ajruplan kien għadu fl-ajruport ta’ Manchester qed jipprepara għat-titjira iżda minkejja li ħadd ma weġġa’, it-titjira ġiet posposta b’ 7 sigħat.

L-ajruplan tal-Pakistan International Airlines (PIA), kien mistennji jitlaq minn Manchester lejn il-Pakistan ftit tal-jiem ilu meta kellu jittardja minħabba l-bużullotta ta’ passiġġier.

Abbord it-titjira kien hemm 40 passiġġier li ġew evakwati mill-ajruplan wara l-inċident.
Aħbarijiet Oħra
Barranin

Ilnieraħ il-linja tal-ajru British Airways ħassret it-titjiriet kollha lejn il-kapitali Eġizzjana li kienu skedati sal-ġimgħa d-dieħla. Il-kumpanija qalet li ħadet din il-miżura bħala prekawzjoni għal raġunijiet ta’ sigurtà, iżda ma…

Barranin

Esperti forensiċi baqgħu mistagħġba meta waqt investigazzjoni fuq l-għibien ta’ tifla fl-1983, Emanuela Orlandi, meta qalgħu l-għadam minn żewġ osswarji fil-Vatikan, ma sabu lanqas l-għadam ta’ żewġ prinċipessi tas-seklu dsatax…

Barranin

F’Venezja, il-Pulizija mmultat żewġ turisti Ġermaniżi wara li nqabdu jagħmel kafè fuq it-taraġ tal-pont ta’ Rialto It-turisti weħlu multa ta’ €950 talli kienu qed isajru l-kafè fuq kuker żgħir. Flimkien…

Barranin

Il-vulkan Etna qed jerġa’ jiżbroffa u li kawża tad-duħħan iswed, ajruporti fil-viċinanzi fosthom ta’ Katanja u Comiso qed ikollhom jillimitaw l-operat tagħhom. Nies entużjasti fuq il-vulkan ħadu ritratti mill-isbaħ tal-lava…

Aktar