Barranin
F’Georgia: Imħatra bejn 3 ġuvintur tispiċċa fi traġedja

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati.

It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin il-maskri, ippruvaw jisirqu 3 residenzi u sabu kappell jiġihom.

Wieħed mill-ġuvintur bejn il-15 u 16-il sena ħareġ pistola mill-but u pprova jispara lejn ir-residenti meta wieħed mir-residenti ħareġ għalihom b’arma.

Il-mira tar-resident kienet preċiża tant li qatel lill-ġuvintur, wieħed minnhom fuq il-post u t-tnejn l-oħra mietu aktar tard l-isptar.

Il-Georgia huwa wieħed mill-istati Amerikani fejn wieħed jista’ saħansitra joqtol biex jiddefendi lilu nnifsu.

Għalhekk, ir-resident ma tressaqx il-Qorti iżda xorta waħda infetħet investigazzjoni dwar il-każ.
Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Barranin

Il-Gvernatur ta’ Minnesota, Tim Walz qal li l-protesti li bdew f’Minneapolis wara l-mewt ta’ George Floyd u li nfirxu f’għadd ta’ stati oħra tilfu l-veru sens tagħhom. L-irvellijiet feġġu u…

Barranin

Fl-Indja, grupp ta’ xadini rnexxielhom jaħtfu kampjuni tad-demm ta’ pazjenti infettati bil-Coronavirus minn sptar fid-distrett ta’ Meerut f’Úttar Pradesh. Il-Ħamis li għadda, grupp ta’ xadini għamlu għal ħaddiem f’laboratorju li…

Aktar