Sport
F’Għawdex: Xejjer daqqa ta’ ponn lir-referee wara li tah żewġ karti sofor

Waqt logħba tat-Tieni Diviżjoni bejn Oratory Youths u Qala Saints, ir-referee Joseph Agius spiċċa qala’ daqqa ta’ ponn wara li ta żewġ karti sofor lil plejer tal-Qala.

Il-logħba li saret aktar kmieni llum ġiet abbandunata wara li Manuel Cordina xejjer daqqa ta’ ponn lir-referee Joseph Agius li tah it-tieni karta safra fit-63 minuta tal-logħba.

L-iskor kien 4-0 favur l-Oratory Youth meta r-referee spiċċa biex ittieħed l-isptar għall-kura.

Il-Malta Football Referees Association fi stqarrija kkundannat mingħajr ebda riżervi l-ġest ta’ Cordina  fil-konfront tar-referee Joseph Agius li huwa wkoll uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija.

L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li r-referee bħalissa jinsab rikoverat l-isptar.

Qalet ukoll li l-MFRA se tkun qiegħda tinvestiga u tiddiskuti l-każ internament u ma’ teskludix azzjonijiet relatati ma’ dan il-ġest.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar