Lokali
F’ġimgħa 755 multa wara li kisru r-regoli tal-Covid-19 – bosta għax bla maskra

Il-ġimgħa li għaddiet l-awtoritajiet ħarġu xejn anqas minn 755 multa lil persuni li nqabdu jiksru r-regolamenti tal-Covid-19.

Fuq il-midja soċjali l-Gvern qal li l-ilbies tal-maskri baqgħet l-aktar regola li nkissret. 540 persuna kienu mmultati għax ma kinux libsin maskra f’postijiet pubbliċi u 176 persuna kienu fi gruppi akbar minn dawk permessi bil-liġi.

Kien hemm 9 stabbiliment li dabbru multa. Fuq stabbilimenti tal-catering saru aktar minn 5,600 spezzjoni.

Kien hemm ukoll 26 persuna li nstabu jiksru r-regoli ta’ kemm jistgħu jinġabru nies f’residenza privata u 4 li kisru l-ordni ta’ kwarantina.