Barranin
F’ġurnata jmutu 2,000 persuna fl-Istati Uniti kawża tal-COVID-19

F’ġurnata waħda mietu 2,000 persuna fl-Istati Uniti kaġun tal-covid-19 hekk kif il-każijiet ikkonfermati issa qabżu in-nofs miljun bi kważi 19,000 jitilfu ħajjithom.

Fir-Renju Unit ilbieraħ mietu kważi elf persuna bil-coronavirus. Bil-Prim Ministru Boris Johnson joħroġ mit-taqsima tal-kura intensiva.

Intant Spanja rraportat nuqqas ta’ vittmi meta mqabbel mal-jumejn ta’ qabel, b’sitt mija erba u tletin persuna jitilfu ħajjithom. Il-Każijiet ta’ coronavirus issa jaqbżu il-miljun u nofs, b’90,000 imutu u 339,000 ifiqu.