Barranin
F’ħabs fil-Venezwela: Aktar minn 40 persuna jmutu f’irvell

Aktar minn 40 persuna tilfu ħajjithom wara li faqqa’ rvell fil-ħabs ta’ Los Llanos fil-Venezwela.

Jidher li l-irvell seħħ fuq in-nuqqas ta’ ikel u ilma fil-ħabs iżda l-verżjoni uffiċjali mit-tmexxija tal-ħabs tgħid li dan inqala’ wara li wħud mill-priġunieri ppruvaw jaħarbu mill-faċilità.

Bosta mill-ħaddiema nkluż il-kap tal-ħabs indarbu fl-inċident.

Dan mhux l-ewwel irvell li seħħ fil-faċilitajiet korrettivi mindu faqqgħet il-pandemija, li ġabet magħha bosta miżuri restrittivi.