Infrastruttura
F’Ħad-Dingli triq ġdida tagħti aċċess ġdid għal triq u sqaq

Tlesta f’dawn il-ġranet proġett ta’ triq ġdida f’Ħad-Dingli li telaq ftit tax-xhur ilu b’kontroversja ma’ xi persuni u għaqdiet.

Infrastructure Malta qalet li iddiskutiet mal-awtoritajiet konċernati talbiet li saru mill-Kunsill Lokali u r-residenti u wettqithom fi triq li ilha snin skedata biex isir. Bla mistenni, minħabba l-proġett nkixfet bħal tieqa fuq fdalijiet ta’ struttura medjevali li disa’ xhur ilu ġiet skedata fl-ogħla grad u issa tistenna jmisshiex ix-xorti li tiġi restawrata.

Proġett ta’ triq ġdida f’Ħad-Dingli li telaq ftit tax-xhur ilu b’kontroversja ma’ xi persuni u għaqdiet tlesta f’dawn il-ġranet.

Infrastructure Malta qalet li iddiskutiet mal-awtoritajiet konċernati talbiet li saru mill-Kunsill Lokali u r-residenti u wettqithom fi triq li ilha snin skedata biex isir. Bla mistenni, minħabba l-proġett nkixfet bħal tieqa fuq fdalijiet ta’ struttura medjevali li disa’ xhur ilu ġiet skedata fl-ogħla grad u issa tistenna jmisshiex ix-xorti li tiġi restawrata.

F’Ħad-Dingli, triq u sqaq li ma kinux jinfdu, b’ammont konsiderevoli ta’ attivita’ f’ċertu ħin tal-ġurnata minħabba li fihom l-uffiċini tal-Kunsill Lokali u ċ-ċentru tad-duttrina tas-subien, infetħu min-naħa ta’ wara billi ġiet iffurmata triq ġdida li tagħti għal oħra. Din il-ġimgħa, Infrastructure Malta lestiet il-bini tat-triq il-ġdida u l-għoti ta’ wiċċ ġdid lit-triq u l-isqaq li ilhom iffurmati snin.

Wara li tfasslu l-pedamenti tat-triq il-ġdida, nbnew bankini ġodda u ħitan tas-sejjiegħ fil-ġnub biex jifirdu t-triq mill-għelieqi u siġar tal-ħarrub. Minn taħt l-art hemm l-infrastruttura lesta biex l-Enemalta tkun tista’ tistalla’ dwal ġodda.

Fi żjara lix-xogħol lest, il-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura, Ian Borg, tkellem mar-residenti u qal li hu jagħti widen lil kulħadd iżda jisma’ l-aktar lin-nies li jgħixu f’dik il-parti tal-komunità b’infrastruttura mhux xierqa. Saħaq li f’dan il-każ twettaq dak miftiehem man-nies snin ilu fil-pjani lokali u b’hekk inħoloq aċċess aktar sigur u komdu għalihom u għal min jeħtieġ juża dawn it-toroq.

“Aħna imxejna mal-pjanijiet lokali, imxejna ma’ dak li kien permess fil-Parlament lura fl-2006 u llum implimentajna dak għas-sodisfazzjon tar-residenti. Jien nemmen li llum intlaħaq kompromess fejn il-mod u d-dehra jirrispettaw l-ambjent u anke il-konservazzjoni ta’ struttura medjevali li issa nħalli f’idejn l-awtoritajiet biex jaraw x’użu għandu jsir minnha.”

Infrastructure Malta spjegat li arkeologi approvati mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali segwew ix-xogħol qrib din il-binja antika abbandunata, biex jiżguraw li l-fdalijiet ta’ din l-istruttura medjevali jiġu protetti Żiedet tgħid li b’konsultazzjoni mas-sovrintendenza, il-parti tat-triq il-ġdida qrib din l-istruttura, inksiet b’materjal lewn kannella li filwaqt li jiflaħ għall-piż tal-vetturi jixbaħ pavimentar rurali. Bil-ftuħ tat-triq il-ġdida, sar possibbli għar-residenti li f’każ ta’ bżonn jintlaħqu sa wara l-bieb tad-dar minn vetturi tat-tifi tan-nar jew ta’ emerġenza.