Barranin
F’ħajjitha kollha qatt ma ħasset uġigħ – fl-aħħar skopriet għalfejn

Anzjana Skoċċiża għamlet għomorha kollu ma tħossx uġigħ, u kien biss meta kellha 65 sena li saret taf għalfejn.

Jo Cameron għandha mutazzjoni ġenetika rarissima, tant li hija waħda minn żewġ persuni fid-dinja b’din il-kundizzjoni.

Minbarra n-nuqqas ta’ uġigħ fiżiku, bil-ġenetika tagħha Cameron lanqas ma tħoss ansjetà u biża’. Filwaqt li dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu pożittivi, għandhom ukoll il-perikli tagħhom.

Jekk tkun qed tinħaraq, Cameron ma tindunax qabel ma tara l-ġilda maħruqa jew ixxomm ir-riħa; xi ħaġa li fil-fatt ġieli ġratilha meta kienet qed issajjar. F’sitwazzjonijiet perikolużi, Cameron ma tibżax u ma jkolliex adrenalina, u għalhekk jaf ma tħossx il-bżonn li taħrab meta tkun quddiem il-periklu.

Minkejja li meta welldet Cameron ma ħasset l-eba uġigħ, hija tgħid li qatt ma qagħdet taħseb wisq għalfejn kienet differenti.

Cameron indunat x’kienet il-kundizzjoni tagħha meta għamlet operazzjoni u qalet lit-tobba li mhux se jkollha bżonn mediċina kontra l-uġigħ. Għall-ewwel m’emmnuhiex, iżda meta raw li tassew ma kinitx qed tieħu l-mediċina, bdew jagħmlulha t-testijiet.

Tobba fil-University College London jemmnu li l-mutazzjoni ġenetika ta’ Cameron tista’ tgħin fir-riċerka għall-iżvilupp tal-mediċina, u appellaw biex nies bħal Cameron li ma jħossux uġigħ, jersqu ‘l quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Barranin

Għalkemm il-qamar mhux sors dirett ta’ dawl għaliex jirrifletti d-dawl tax-xemx, il-qamar kwinta fil-15 ta’ Awwissu, dawwal il-kastell famuż Grieg Koroni. Kif tela, l-qamar mhux biss xegħel il-baħar ta’ taħtu…

Barranin

Il-kunsill militari tas-Sudan u l-alleanza ċivili fl-Oppożizzjoni ffirmaw ftehim li bih se jinqasam il-poter. Il-ftehim se jara t-twaqqif ta’ kunsill ġdid biex jigverna li jkun jinkludi kemm membri pajzana u…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali…

Aktar