Barranin
F’Hong Kong ikomplu l-protesti u l-ġlied

Għal darb’ oħra f’Hong Kong il-pulizija u d-dimostranti kontra l-Gvern ġew fl-idejn hekk kif il-belt issa ilha għal dawn l-aħħar 10 ġimgħat għaddejja minn instabbilità u protesti.

Il-pulizija sparaw gass tad-dmugħ il-Ħadd bilejl anki fi stazzjon magħluq tal-ferrovija.

Fid-distrett ta’ Wan Chai twaddbu bombi tal-petrol u bricks lejn il-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet li rritaljaw bil-lembubi fuq id-dimostranti. Numru ta’ persuni fosthom pulizija ndarbu fil-ġlied li nqala’.

Il-pulizija sparaw ukoll bullets tal-lastiku fi stazzjoni tal-ferroviji ta’ taħt l-art filwaqt li pulizija oħrajn dehru jsawtu lin-nies bil-lembubi huma u tielgħin it-taraġ.

Ma hemm l-ebda sinjal li x-xaharejn ta’ protesti li bdew minħabba abbozz ta’ liġi kontroversjali dwar l-estradizzjoni se jbattu anzi ż-żewġ naħat aktar qed iħarrxu l-pożizzjoni tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar