Barranin
F’Hong Kong jipprotestaw kontra l-abbozz ta’ estradizzjoni

F’Hong Kong iċ-Ċina, eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw dwar abbozz ta’ liġi li se tippermetti li persuni b’akkużi kriminali jiġu estraditi lejn dik li hi meqjusa bħala l-pajjiż propju ċ-Ċina. Dan għaliex minkejja li Hong Kong hija belt parti miċ-Ċina, għal ħafna nies operat b’mod semi awtonomu. L-eluf ta’ nies li qed joħorġu jipprotestaw ma jridux li jitilfu s-semi awtonomija f’Hong Kong u li jiġu kkontrollati minn Beijing. Waqt il-protesti eluf ta’ nies qed jilbsu maskli u qed jimblukkaw għadd ta’ toroq prinċipali mdawra ma’ bini tal-Gvern. Il-Pulizija użaw diversi modi biex jikkontrollaw il-folol u wissew li lesti li jużaw anki l-forza.

Minħabba l-protesti l-Kunsill Leġiżlattiv ippostponi t-tieni qari tal-abbozz ta’ liġi iżda l-Gvern diġà ddikjara li l-protesti mhu se jaffettwaw bl-ebda mod il-proċess biex tiddaħħal il-liġi proposta. Il-vot finali mistenni jittieħed fl-għoxrin ta’ Ġunju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Barranin

Tal-inqas 18-il uffiċjal tal-pulizija ndarbu waqt li kienu qed jipprovaw iferrxu l-folla fi protesta kontra l-miżuri tal-lockdown kontra l-coronavirus f’Berlin il-Ġermanja. Il-pulizija qalet li tliet uffiċjali qed jingħataw il-kura fl-isptar….

Barranin

L-astronawti Amerikani Doug Hurley u Bob Behnken mistennija jinżlu fil-baħar ‘il barra mill-kosta ta’ Florida llum, hekk kif iktar kmieni telqu mill-istazzjon spazjali fil-kapsula Dragon Endeavour. Jekk l-astronawti jinżlu b’wiċċ…

Aktar