Barranin
F’Hong Kong protesti kontra u favur il-Gvern

Il-pulizija f’Hong Kong niżlet fit-toroq ewlenin tad-distrett Mong Kok biex iżomm lid-dimostranti li nġabru barra l-għassa tal-pulizija. Wara li skalat il-vjolenza fl-aħħar jiem, id-dimostrazzjonijiet ta’ tmiem din il-ġimgħa huma kruċjali biex ikun magħruf jekk il-moviment tal-protesti għandx għandu l-appoġġ popolari.

Il-protesti bdew bħala oppożizzjoni għal abbozz ta’ liġi dwar l-estradizzjoni iżda issa d-dimostranti qed jitolbu aktar demokrazija. Id-dimostranti qalu li qed jipprotestaw għax isostnu li l-awtoritajiet ta’ Hong Kong qed jimminaw l-arranġament ta’ pajjiż wieħed b’żewġ sistemi li jagħti lil Hong Kong awtonomija miċ-Ċina kif kien maqbul fl-1997 meta l-Ingilterra ċediet it-tmexxija ta’ Hong Kong liċ-Ċina.

Sadanitant, għexieren ta’ eluf ta’ Ċiniżi nġabru f’Hong Kong f’dimostrazzjoni sabiex jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-Gvern Ċiniż. Xi dimostranti qalu li ma jistgħux jittolleraw dawn l-azzjonijiet mid-dimostranti kontra l-Gvern.

Il-konfrontazzjonijiet vjolenti li kien hemm fl-aħħar ġimgħat heżżew ukoll id-distrett finanzjarju ta’ Hong Kong li huwa fost l-akbar fl-Asja. L-inkwiet qed joħloq ukoll sfidi għall-awtorita tal-President Ċiniż Xi Jinping minn meta ħa l-poter fl-2012.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atlanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Barranin

Fl-Eġittu, mijiet ta’ dimostranti nġabru fi Pjazza Tahrir fil-Kajr, fl-ewwel protesti mindu laħaq il-President Abdul Fattah al-Sisi fl-2014 wara r-rivoluzzjoni Eġizzjana tliet snin qabel. Il-forzi tal-ordni tefgħu gass tad-dmugħ biex…

Aktar