Lokali
Fi 15-il xahar irrappurtati 63 każ mal-Hate Crime and Speech Unit

Fil-ħmistax-il xahar li ilha li twaqqfet it-taqsima ta’ reati marbuta ma’ diskors ta’ mibgħeda (Hate Crime and Speech Unit), kien hemm 63 każ irrapurtat b’39 persuna jitolbu għajnuna emozzjonali.

Dan intqal mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri bi tweġiba lid-deputat nazzjonalista Therese Comodini Cachia.

Il-Minisitru qal li hemm erba’ professjonisti li jagħtu servizz full time li issa ġew integrati fl-aġenzija ta’ appoġġ għall-vittmi. Kien hemm tmien vittmi li ġew riferuti għat-terapija waqt li disgħa oħra talbu għajnuna legali. Fl-istess żmien ġew irreġistrati 328 kuntatt permezz ta’ chat online.