Stejjer Umani
Fi 3 xhur tal-Covid-19 wettqet il-ħolma tagħha li ssir popolari

Matul il-Covid 19, b’filmati live fuq Facebook, wettqet il-ħolma tagħha li ssir popolari. Terry Muscat, persuna transesswali stqarret ma’ TVM li meta kienet ġuvni sabitha bi tqila biex tgħid lill-familja dwar is-sesswalità tagħha, tant li ħarġet ma’ mara biex tikkuntentahom. Illum permezz tal-mezzi soċjali, qed twettaq il-ħolma tagħha li titkellem man-nies u tagħti kuraġġ lil min hu bħalha.

Terry Muscat għandha 50 sena, u fl-adolexxenza tagħha kienet tħoss li tixtieq tgħid lill-ġenituri tagħha dwar is-sesswalità vera tagħha iżda sabitha bi tqila għax beżgħet li tweġġagħhom u ma jaccettawhiex.

“Mindu kont tifel żgħir, 8 years nilgħab bil-pupi u żibeġ, kont ħriġt ma’ mara ħabba ommi, u kont għedtilha aħjar nieqfu”.

Terry Muscat li fuq Facebook hija magħrufa bħala Zija TT qalet li issa li ilha madwar għoxrin sena tgħix bħala mara. Hija temmen li mindu faqqgħet il-pandemija, wettqet il-ħolma tagħha li tikkomunika ma’ eluf ta’ nies permezz tal-mezzi soċjali.

“Meta ħareġ il-virus, ridt nagħmel xi ħaġa biex min hu ġewwa inferraħhom, u ngħin lin-nies ukoll”.

Terry Muscat qalet li jkollha ħafna nies li jaqsmu magħha l-weġgħat tagħhom.

“Nixtieq minn qalb li l-poplu Malti, il-ħajja tagħna iebsa, u ma nweġġgħux lil xi ħadd biex nidhru kemm aħna sbieħ fuq fb”.

Hija qaltilna li l-ħolma tagħha wara s-suċċess li kisbet fuq il-mezzi socjali hi li jkollha programm fuq it-televiżjoni.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar