Barranin
Fi Florida tfajla tgħib waqt li kienet qed tivvjaġġa mal-għarus tagħha

Fi Florida il-pulizija qed tfittex tfajla li ġiet irrapportata nieqsa wara li kienet qed tivvjaġġa mal-għarus tagħha.

Gabrielle Petito ta’ 22 sena ilha ma tagħmel kuntatt mal-qraba tagħha mill-aħħar t’Awwissu meta bdiet tivvjaġġa mal-għarus tagħha f’Wyoming.

Il-Pulizija qalet li l-għarus tagħha, Brian Laundrie ta’ 23 sena huwa meqjus bħala persuna ta’ interess fil-każ. Dan hekk kif huwa rritorna lura fil-bidu ta’ dan ix-xahar u ma jridx iwieġeb dwar l-għejbien tat-tfajla.

Il-koppja kienet qed tiddokumenta l-vjaġġ tagħha madwar il-pajjiż fuq il-midja soċjali.