Barranin
Fi Franza 3,000 ħaddiem tas-saħħa sospiżi wara li rrifjutaw li jieħdu l-vaċċin

Fi Franza, mat-3,000 ħaddiem tas-saħħa ġew sospiżi wara li ma tlaqqmux kontra l-imxija tal-COVID-19.

Il-Gvern Franċiż għamel it-tilqima kontra l-imxija mandatorja għal ħaddiema tas-saħħa u ħaddiema f’faċilitajiet tal-kura soċjali.

Il-Ministru tas-Saħħa, Olivier Véran qal li l-maġġoranza tas-sospensjonijiet huma temporanji.

Huwa qal li s-servizz tal-kura baqa’ għaddej u li kien hemm ftit servizzi, fosthom l-MRI, li ġew affettwati għal ftit sigħat biss.