Barranin
Fi Franza: 4 uffiċjali tal-pulizija maqtula f’attakk

Raġel inqatel mill-pulizija Franċiża wara li attakka lill-uffiċjali b’sikkina barra l-kwartieri tal-pulizija fiċ-ċentru ta’ Pariġi. Erba’ uffiċjali tilfu ħajjithom fl-attakk.

Hu rrappurtat li r-raġel, li kien membru tal-istaff fil-bini, kien qed jipprova jidħol fil-bini qabel ma twaqqaf minn uffiċjal. Għadd ta’ persuni indarbu fl-attakk.

L-attakk seħħ l-għada li l-pulizija Franċiża strajkjaw fil-pajjiż minħabba li qed tiżdied il-vjolenza fuq l-uffiċjali kif ukoll żdiedet ir-rata ta’ suwiċidji fil-korp.