Barranin
Fi Franza 7 itfal l-isptar wara li kielu ġobon infettat bl-E.coli

L-Awtoritajiet Franċiżi ġabru ġobon Franċiż li ġej mill-Alpi infettat bl-E.coli.

Dan wara li sebat itfal Franċiżi, li għandhom bejn 18-il xahar u 3 snin, iddaħħlu l-isptar b’kawża tal-ġobon.

It-tfal sofrew minn kumplikazzjonijiet serji fil-kliewi għajr għal wieħed li ma kienx jeħtieġ jingħata aktar trattament.

Għaldaqstant ħarġet sejħa biex jinġabar il-ġobon bħala prekawzzjoni, fejn din is-sejħa tinvolvi mal-320 tunnellata ta’ ġobon li ġie prodott mill-aħħar ta’ Jannar lil hawn. Għadu mhux magħruf kemm fadal ġobon infettat fis-suq.

L-Awtoritajiet qed javżaw lill-ġenituri biex ma jagħtux lil uliedhom ġobon magħmul minn ħalib mhux ipproċessat.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ bdoti, li kienu jaħdmu mal-kumpanija Messikana tal-ajruplan li ġġarraf f’Kuba nhar il-Ġimgħa, qalu li l-kumpanija kienet irċeviet ilmenti dwar is-sigurtà tal-ajruplani tagħha. L-Awtoritajiet Messikani qalu li se janalizzaw is-sigurtà…

Barranin

Fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Festival tal-Films ta’ Cannes, Asia Argento qalet li fost l-udjenza kien hemm min għatta l-abbużi sesswali li wettaq Hervey Weinstein u li hemm min għadu qed jagħmel l-istess…

Barranin

Il-familja Rjali rringrazzjat lil dawk kollha li vvjaġġaw għal Windsor biex jattendu għat-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle. Ilbieraħ eluf ta’ nies ħonqu t-toroq tal-madwar biex jaraw lill-koppja fil-ġurnata tant…

Barranin

Dak li hu suspettat li wettaq il-massakru fl-iskola ta’ Santa Fe f’Texas qal lill-Qorti li hu ma qatilx lill-istudenti kollha li sab quddiemu, għaliex ried li jħalli ħajjin lil dawk…

Aktar