Barranin
Fi Franza 7 persuni mietu wara li għerqu f’baħar imqalleb

Minn tal-inqas seba’ persuni mietu wara li għerqu fin-naħa t’isfel ta’ Franza.

Minkejja t-twissijiet li kien hemm minħabba li l-baħar kien imqalleb sew huma xorta niżlu jgħumu.

It-temp ma kienx tajjeb għall-għawm minħabba li kien riħ qawwi.

5 persuni, li l-età tagħhom tvarja bejn 60 u 70 sena mietu f’5 ibħra differenti f’Hérault u żewġt irġiel ta’ 58  u 71 sena għerqu fin-naħa ta’ Bouches-du-Rhône.

F’Hérault, il-ħaddiema tal-emerġenza provaw isalvaw 12-il persuna fil-baħar f’Agde, La Grande-Motte, Marseillan, Serignan u Vias. Waqt li sebgħa minnhom salvaw, ħamsa minnhom mietu.