Barranin
Fi Franza aktar restrizzjonijiet stretti kontra l-COVID-19

Il-Gvern Franċiż impona restrizzjonijiet aktar stretti kontra l-Coronavirus f’erbat ibliet oħrajn fejn hemm rata għolja ta’ infezzjonijiet.

Minn għada, l-ibliet ta’ Lyon, Lille, Grenoble u Saint-Etienne se jkunu żoni bl-ogħla twissija.

Il-barijiet u r-ristoranti se jibqgħu magħluqa, bħalma seħħa f’Pariġi aktar kmieni din il-ġimgħa u f’Marsillja x-xahar li għadda.

Dawn il-miżuri tħabbru hekk kif Franza qed taffaċċja rekord ta’ aktar minn tmintax-il elf każ ġdid ta’ Covid-19.

Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż Olivier Veran ġibed l-attenzjoni li s-sitwazzjoni ddetterjorat fl-aħħar jiem.