Barranin
Fi Franza: Jaf ikompli l-istrajk bi protesta kontra r-riformi tal-pensjonijiet

Fi Franza, illum mistenni jkompli l-istrajk li beda lbieraħ bi protesta kontra r-riformi tal-pensjonijiet. Aktar minn 800,000 persuna, ħafna minnhom ħaddiema, niżlu fil-toroq matul il-ġurnata tal-bieraħ biex jipprotestaw kontra dawn ir-riformi f’dak li qed jitqies bħala l-akbar strajk f’għadd ta’ snin. Kien hemm rapporti ta’ ġlied vjolenti f’numru ta’ bliet.

Illum mistennija jitħassru numru ta’ vjaġġi bill-ferrovija u bl-ajru b’parti żgħira tas-sistema tat-trasport fil-kapitali Pariġi mistennija taħdem. Is-sitwazzjoni mhux mistennija li terġa’ lura għan-normal fi tmiem il-ġimgħa, hekk kif l-operatur tal-metro u x-xarabanks f’Pariġi qal li se jkompli bl-istrajk sa nhar it-Tnejn. Unions oħrajn mistennija jiddeċiedu llum dwar ikomplux bl-istrajk fil-jiem li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Andrzej Duda ġie elett mill-ġdid President tal-Polonja, u għadda lir-rivali Rafal Trzaskowski b’maġġoranza żgħira. Skont il-kummissjoni elettorali tal-pajjiż, Duda kiseb 51.2% tal-voti, f’dik li qed titqies bħala l-iktar elezzjoni missielta…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar