Barranin
Fi Franza: jiġġieldu għall-aringi fil-festa tal-bluha

Eluf libsu kostumi kkuluriti u nġabru fi Dunkirk bil-għan li jaqbdu pakketti ta’ aringi li bdew jintefgħu minn fuq is-sala tal-belt – tradizzjoni li għandha għeruq b’saħħithom fl-eqdem karnival ta’ Franza. Huwa stmat li mal-40,000 persuna mlew il-pjazza quddiem is-sala.

Mill-gallarija tas-sala, sit ta’ Wirt Storiku Dinji, is-Sindku u l-mistiedna tiegħu tefgħu mijiet ta’ kilogrammi ta’ aringi, b’dawk fil-pjazza jissieltu biex jieħdu sehemhom. Eluf oħra, imxew fit-toroq ewlenin f’parata tradizzjonali.

Dan il-Karnival li jmur lura fl-1676, bis-sajjieda jagħmlu tliet ijiem jiċċelebraw qabel iħallu belthom u jmorru jaħdmu fl-Iżlanda għal diversi xhur.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ġirja kontra l-ħin fir-Renju Unit fil-ġlieda kontra t-tifrix tal-COVID-19. B’numru s’issa rekord ta’ mejta f’24 siegħa – 684 ruħ li mietu kawża tal-Coronavirus. Qed jinbnew sptarijiet ġodda, fosthom l-isptar ta’…

COVID-19

In-numru ta’ Amerikani bla xogħol reġa’ żdied għal numri rekord, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Iktar minn 6.6 miljun persuna marru jirreġistraw għax-xogħol sat-28 ta’ Marzu, qal id-Dipartiment tax-Xogħol, iktar mid-doppju tal-ġimgħa…

Barranin

Fir-Renju Unit, qabżu l-2,900 l-mejta, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 569. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li huma frustrati bis-sitwazzjoni prekarja. Aktar minn nofs l-Ingliżi jemmnu li l-gvern tal-Prim Ministru Boris…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea ħabbret pjan ta’ protezzjoni għall-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija. Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li se tingħata għajnuna finanzjarja lill-istati membri li tammonta għal mitt biljun…

Aktar