Barranin
Fi Franza jiżdied il-bejgħ tal-ġobon matul il-pandemija

Il-kċina saret il-post l-iktar imfittex f’sena ta’ pandemija li ħalliet lil ħafna madwar id-dinja b’iktar ħin biex joqogħdu d-dar. Waqt li r-ristoranti baqgħu magħluqa ħafna ttantaw imiddu jdejhom għat-tisjir.

Fi Franza, f’sena l-bejgħ tal-ġobon fid-djar żdied bi 8% b’ħafna jfittxu biex isajru iktar riċetti bil-ġobon.

Il-mozzarella spiċċat fil-quċċata tal-iktar tip ta’ ġobon mixtri.

Mill-banda l-oħra, id-daqqa tal-pandemija waqgħet fuq prodotti oħra. Bħal pereżempju x-xampanja ħadet daqqa ta’ ħarta bil-bejgħ tagħha jonqos – bl-ispjegazzjoni naturali għal dan ikun l-għeluq tar-ristoranti li ġab miegħu wkoll tnaqqis ta’ bejgħ fix-xorb inġenerali.