Barranin
Fi Franza omm taħtaf lil bintha wara li tilfet il-kustodja tagħha

Tifla ta’ tmien snin li ġiet maħtufa fi Franza nstabet m’ommha fl-Iżvizzera.

It-tifla nstabet qawwija u sħiħa f’fabbrika antika f’Sainte-Croix. Sadanitant, omm it-tifla qed tinżamm arrestata fl-Iżvizzera.

Qed ikun irrapportat li l-omm ordnat biex tiġi maħtufa t-tifla minħabba li ma kellhiex aktar il-kustodja tagħha. It-tifla kienet qed tgħix ma’ nannitha. Jidher li t-tifla nħatfet minn tliet irġiel li ħaduha għand ommha fi ftit minuti wara. Skont l-awtoritajiet it-tifla ma sofriet minn ebda vjolenza.

Il-kustodja tat-tifla kienet għaddiet għand nannitha f’Jannar li għadda.