Barranin
Fi Franza tfittxija għal 2 nisa li tajru mara bl-e-scooter

Fi Franza, il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal 2 nisa li tajru u qatlu mara bl-electric scooter.

F’Pariġi, Taljana ta’ 31 sena ntlaqtet b’e-scooter xħin kienet miexja nhar it-Tnejn li għadda.

Iż-żewġ nisa li kienu għaddejjin b’veloċità qawwija baqgħu sejrin.

Il-vittma, li kienet miexja ma’ ħabib tagħha, laqtet rasha mal-bankina u soffriet minn cardiac arrest. Minkejja l-għajnuna li tawha hija baqgħet f’koma u mietet nhar l-Erbgħa li għadda.