Barranin
Fi Franza: Użat il-gass tad-dmugħ u l-ilma fil-protesti li saru lbieraħ

Il-Prim Ministru Franċiż Edouard Philippe wiegħed li jerġa’ jġib lura l-għaqda nazzjonali wara li għar-raba’ tmiem il-ġimgħa konsekuttiv eluf ħonqu t-toroq ta’ Franza biex jipprotestaw, b’uħud mid-dimostrazzjonijiet jispiċċaw fi vjolenza.

Il-Pulizija użat il-gass tad-dmugħ u sparaw l-ilma fil-protesti li saru lbieraħ mid-dimostranti liebsa s-sdieri s-sofor kontra ż-żieda fit-taxxi tal-fuel u l-ispejjeż tal-għoli tal-ħajja.

Madwar 1,000 persuna ġew arrestati iżda l-livell ta’ vjolenza ma kienx fl-istess livell tal-ġimgħa ta’ qabel.

Il-Prim Ministru Franċiż qal li diskussjonijiet paċifiċi mad-dismostranti għandhom jibqgħu għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti rtirat il-mandati ta’ inibizzjoni maħruġa mill-ewwel Qorti, li kienu qed iwaqqfu milli tiġi infurzata l-liġi kontra persuni trans fl-armata. Din il-liġi kontroversjali, li tippermetti lill-armata tkeċċi…

Barranin

Emiliano Sala, plejer Arġentin li kien fi triqtu biex jingħaqad mal-klabb il-ġdid Cardiff City, ma nstemax b’aħbaru. Ilbieraħ, huwa kien abbord ajruplan żgħir li telaq minn Nantes fi Franza u…

Barranin

Il-kantant Amerikan Chris Brown ġie arrestat f’Pariġi fuq allegat stupru u użu eċċessiv ta’ droga. Brown qed jinżamm arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra li għadhom ma ġewx identifikati. L-ambaxxata…

Barranin

Ftit jiem qabel l-inawgurazzjoni tal-ftuħ ta’ lukanda f’Liverpool, ħaddiem baqa’ dieħel intenzjonalment fil-faċċata tal-binja b’digger. Diversi sorsi qed jirrappurtaw li ħaddiem li ma baqa’ ma tħallasx ta’ xogħlu mill-kuntrattur tal-lukanda…

Aktar