COVID-19
Fi Frar se jkun hemm restrizzjonijiet, iżda mhux lockdown jew curfew – Il-PM

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li fi Frar il-Gvern se jkun qed jintroduċi xi restrizzjonijiet kontra l-imxija tal-Covid-19, partikolarment biex jilqa’ għall-weekend tal-Karnival.

Meta mistoqsi mill-ġurnalisti jekk il-bars u l-każini hux se jitħallew jiftħu t-Tnejn li ġej, il-Prim Ministru qal li waħda mill-miżuri hi l-estensjoni tal-avviż legali biex il-bars u l-każini jibqgħu magħluqin tul Frar kollu.

Il-Prim Ministru ċċara li l-Gvern mhux se jagħlaq l-iskejjel jew jimponi lockdowns jew curfews. Waqt li aċċenna għall-inkwiet li hemm bħalissa fl-Olanda minħabba dawn ir-restrizzjonijiet, qal li jeħtieġ bilanċ bejn is-saħħa pubblika, l-għajxien u s-saħħa mentali.

Ara wkoll:

Il-Gvern se jalloka €1 miljun f’għajnuna lis-sidien tal-barijiet u każini