COVID-19
Fi New Zealand jerġa’ jitfaċċa l-COVID-19 wara mitt jum mingħajr każ

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret li minn għada l-Erbgħa, Auckland se jimxi għal lockdown sal-Ġimgħa f’nofs il-lejl, fejn in-nies se jkollhom jaħdmu mid-dar ħlief dawk li jagħtu servizzi essenzjali, filwaqt li faċilitajiet pubbliċi, barijiet, restoranti u negozji se jingħalqu.

“As of 12 noon tomorrow, Wednesday, August 12th, we will be moving Auckland to level 3 restrictions for a period of three days, unitl midnight on Friday.”

Għall-bqija tal-pajjiż, barra Auckland, l-attivitajiet tal-massa ristretti għal mija. Fi New Zealand li kellha storja ta’ suċċess kbir fil-kontroll tal-pandemija meta mqabbla mad-dinja, rreġistrat tnejn u għoxrin mewt minn Frar li għadda.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar